logo KNM IL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-ILSIEN MALTI
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, il-Furjana


Aġġornat fis-7 ta’ Jannar 2009

IL-PROGRAMM TAT-TASTIERA MALTIJA. Biex tniżżlu u tistallah, agħfas hawnhekk.

QARREJJA TAL-PROVI BIĊ-ĊERTIFIKAT. Jekk għandek bżonn is-servizz ta’ qarrejja tal-provi kkwalifikati, agħfas hawnhekk u ssib lista sħiħa.

 

Se jiftaħ IR-RABA’ KORS TAL-QARI TAL-PROVI

  • Il-kors li jwassal għal Ċertifikat Universitarju fil-Qari tal-Provi kien suċċess u minnu diġà ħarġu bosta qarrejja tal-provi kkwalifikati.
  • Ir-raba’ kors se jiftaħ dalwaqt u bħalissa qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet.
  • Tagħrif iddettaljat dwar dan il-kors issibu hawnhekk.
  • Jekk tixtieq tapplika għall-kors, iktbilna u nżommuk infurmat.
  • Jekk se tippubblika xi ħaġa bil-Malti – avviż, fuljett, ktieb, kartellun – u trid isserraħ rasek li jkun bla żbalji, issa tista’ tqabbad qarrej tal-provi kkwalifikat. Bis-saħħa ta’ dan il-kors, l-ilsien Malti għall-ewwel darba għandu tim ippreparat ta’ qarrejja tal-provi tassew ikkwalifikati.
  • Biex tikkuntattja lil xi ħadd minnhom, kulma trid tagħmel hu li tagħfas fuq din il-Lista tal-Qarrejja tal-Provi biċ-Ċertifikat.
kors qari tal-provi.pdf


L-UŻU TAL-MALTI FIL-KOMPJUTER

  • Ġieli ridt tikteb bil-Malti fuq il-kompjuter imma sibt problema bl-ittri Maltin?
  • Il-Kunsill tal-Malti għadu kif ħareġ dan il-manwal biex jgħinek tikteb id-dokumenti u l-ittri elettroniċi bil-Malti. Miktub b’mod dħuli u jiggwidak pass pass sakemm jirnexxilek tistalla t-tipi Maltin.
  • Ħaġa tassew ħafifa... għax l-ittri Maltin diġà qegħdin għandek. Kulma trid hu li tattivahom.
  • Jekk tixtieq kopja stampata, iktbilna kunsilltalmalti@gov.mt u nibagħtuhielek.
kompjuter.pdf


DEĊIŻJONIJIET ĠODDA FUQ IL-KITBA MALTIJA

  • Id-deċiżjonijiet li xandar il-Kunsill tal-Malti f’Lulju li għadda biex inaqqas l-inċertezzi fil-kitba tal-Malti ntlaqgħu tajjeb ħafna u daħlu tista’ tgħid kull fejn il-kitba bil-Malti hija prominenti.
  • Issa l-Kunsill ippubblika wkoll lista alfabetika tal-kliem li ttieħdet deċiżjoni dwaru, li hija komda ħafna għal min ikun irid jikkonsulta d-deċiżjonijiet bla telf ta’ ħin.
  • Minkejja li l-forom li twarrbu se jibqgħu validi sa Lulju 2011, id-Deċiżjonijiet 1 diġà qed ikunu osservati bir-reqqa mill-ġurnalisti u x-xandara, mill-għalliema, mit-tradutturi tal-UE u mill-Knisja.
  • Bħal kull ħaġa ġdida, xi wħud mid-deċiżjonijiet qajmu dibattitu san fil-gazzetti u fi programmi tar-radju u t-televiżjoni.
  • Il-Kunsill sodisfatt li qed iservi bħala forum ta’ diskussjoni, kif ukoll li l-politika tiegħu ta’ konsultazzjoni wiesgħa qed tiġi apprezzata.
  • Id-deċiżjonijiet saru uffiċjali fil-25 ta’ Lulju 2008 bil-pubblikazzjoni tagħhom fil-Gazzetta tal-Gvern (araha hawn).
  • Jekk tixtieq tirċievi bil-posta d-Deċiżjonijiet 1 jew il-Lista Alfabetika tal-kliem li ttieħdet deċiżjoni dwaru, ibagħtilna l-indirizz tad-dar tiegħek hawnhekk: kunsilltalmalti@gov.mt.

Il-proċess li wassal għad-Deċiżjonijiet 1.

decizjonijiet.pdf


IL-KLIEM LI DIEĦEL FIL-MALTI MILL-INGLIŻ – Kif se niktbuh?

  • Għal dawn diġà hemm regola, imma hija wiesgħa u vaga. Għalhekk sikwit naraw kitbiet dwar dan fil-gazzetti.
  • Kif se niktbu: boiler... jew “boiler”... jew bojler? Boxing tippreferiha minn boksing... imma mbagħad ibboxja?
  • Se nimxu sewwasew kif imxejna fil-varjanti, għax dal-metodu ħadem u ħadem tajjeb.
  • Ħriġna Stqarrija għall-Istampa, biex kulħadd ikun mistieden jaħseb magħna u jikteb fehmtu.
  • Il-ktibiet inġabru fi ktieb ġdid, li serva bħala Dokument għad-Diskussjoni u tista’ tarah hawnhekk.
  • Fit-12 ta’ April 2008 sar seminar pubbliku, li għalih attendew ’il fuq minn 300 ruħ.
  • Il-Kunsill tal-Malti qed jiżgura li ma jiddeċidix qabel ma jkun sema’ u wiżen il-fehma ta’ kull min xtaq jikkontribwixxi, biex id-deċiżjonijiet ikunu ttieħdu minna lkoll flimkien. Deċiżjonijiet tal-Maltin kollha.
  • Inti għadek tista’ tibgħat il-fehma tiegħek dwar il-kliem li dieħel fil-Malti mill-Ingliż, biex tidher ukoll f’dan is-sit.
  • Għandek iċ-ċans tagħti l-opinjoni tiegħek: titilfux.

seminar pubbliku

seminar pubbliku 2



IL-VARJANTI FONETIĊI

  • Xogħol ieħor tal-Kunsill tal-Malti hu li jistudja l-problema tal-varjanti fonetiċi, jiġifieri każi fejn kelma waħda jkollha iktar minn pronunzja waħda fil-Malti Standard (eż. probabbiltà/probabilità, purċissjoni/proċessjoni). M’aħniex ngħidu għad-djaletti.
  • Fi ftit każi, waħda biss mill-forom tkun tajba. Imma l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-varjanti jkunu tajbin u juru l-varjetà lingwistika tal-Malti. Għalhekk ta’ min jibża’ għalihom.
  • Madankollu, jibqa’ l-fatt li fil-prattika tal-kitba u fit-tiftix bil-kompjuter, il-varjanti jtellfu mhux ftit, l-aktar fejn tkun importanti l-uniformità.
  • Huwa għalhekk li xi kumpaniji tat-traduzzjoni jew tal-pubblikazzjoni jiddeċiedu li jagħżlu dejjem forma partikolari u jwarrbu l-oħrajn, avolja jkunu tajbin.
  • Il-Kunsill ġabar lista twila tal-varjanti fonetiċi u se jippreżentaha fil-ġimgħat li ġejjin biex kulħadd ikun jista’ jaraha.
  • Jekk int tixtieq twasslilna fehmtek dwar dawn il-varjanti, tibqax lura. Iktbilna u tkun qed tgħin biex jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa.
Varjanti Fonetici


IL-MALTI QED JITGĦALLMUH ANKE L-BARRANIN
Ċertifikat fil-Malti bħala Lsien Barrani

(Certificate in Maltese as a Foreign Language)

  • Fuq talba kbira li kellna, ħejjejna kors għall-barranin li jridu jitgħallmu l-Malti, flimkien mal-Università ta’ Malta.
  • Kors ta’ sena u nofs, darbtejn fil-ġimgħa, wara l-ħin tax-xogħol.
  • Fih 35 student li diġà qabdu sewwa fit-taħdit u fil-kitba tal-Malti.
  • Uħud minnhom kienu ilhom snin twal joqogħdu Malta u kienu għadhom iħossuhom barranin għax ma jitkellmux bil-Malti.
  • Barra l-lezzjonijiet fil-klassi, qed jiltaqgħu mal-Maltin f’ambjenti differenti: il-Malti għalihom sar gost.
  • Tara li l-Malti mhux tal-Maltin biss, imma ta’ kull min iħobb l-affarijiet is-sbieħ ta’ pajjiżna, ta’ kull min iħobb jitkellem mal-Maltin.
  • Il-kors li jmiss jibda f’Ottubru 2009.
  • Jekk int interessat, jew taf lil min hu, fittex it-tagħrif kollu hawn: Your Golden Opportunity to Learn Maltese, jew iktbilna u nżommuk infurmat.
Studenta



ĦIDMA OĦRA

ewro

PDF (Biex tkun tista’ tara dawn id-dokumenti teħtieġ l-Adobe Acrobat Reader®. Jekk m’għandekx, agħfas hawnhekk biex tniżżlu u tistallah.)

Gov.mt Logo
Il-Gvern ta' Malta
© Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti