Drittijiet

Il-kontenut ta' dan is-sit elettroniku hu mħares bil-provvedimenti tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur kif ukoll bil-liġijiet l-oħra ta’ Malta, u r-regoli u l-ftehimiet internazzjonali li saru mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti jew li bihom ntrabat.

It-tagħrif li ssib f'dan is-sit qiegħed għall-użu personali u mhux għall-użu kummerċjali. Għal dan il-għan, il-materjal jista’ jkun riprodott bla ħlas jew mingħajr il-permess tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, sakemm tiġi riprodotta kopja vera tal-oriġinal u dment li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti jkun rikonoxxut bħala s-sors. Il-materjal riprodott m’għandu bl-ebda mod jiġi ppreżentat bħala verżjoni uffiċjali jew bħala materjal li ġie prodott flimkien, jew bi qbil, mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.