Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: X'inhi d-differenza bejn 'biegħ' u 'bigħ'?

L-imperattiv (il-kmand) fil-Malti jiġi eżatt bħall-imperfett (li ħafna jqisuh il-preżent), imma mingħajr il-prefiss (eż. l-imperfett: jiġri, jaqbeż, iressaq; l-imperattiv: iġri! aqbeż! ressaq!)

Mela anke hawn, li trid tagħmel hu li tieħu l-imperfett taż-żewġ verbi li għandek dubju fihom, u tneħħilhom il-prefiss tal-persuna:

IMPERFETT: huwa jsib        IMPERATTIV:  sib!

IMPERFETT: huwa jbigħ      IMPERATTIV:  bigħ!

Il-forma 'biegħ' teżisti fil-Malti, u tirreferi għall-perfett tat-tielet persuna maskili (huwa biegħ li kellu lbieraħ). Bħala mudell tista' tieħu l-verb 'ħiet'.

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra