Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Ġejt f'dubju niktibx 'ma setax' jew 'ma setgħax'

Il-verb seta' nistgħu nibnuh fuq kiser

Mela, skont il-mudell (ma kisirx), suppost kellna niktbu *ma setagħx.

 

Imma l-ortografija tgħid li fil-verbi li jispiċċaw bl-appostrofu (= għ), dan jaqa’ u l-għ prattikament ma tidhirx aktar.

Mela niktbu: reġa’ / ma reġax, jitla’ / ma jitlax, jiltaqa’ / ma jiltaqax, seta’ / ma setax. Il-mejda mżegilga, se taqa’ u ma taqax.

 

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra