Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Liema hi t-tajba: 'ninsewk' jew 'ninsuk'?

Il-verbi neqsin huma ta' żewġ tipi fil-Malti, skont kif jidhru fl-imperfett tagħhom:

1. QELA - jaqli / jaqlu

2. MELA - jimla / jimlew

 

Bil-pronom mehmuż, jiġu:

1. jaqluk (jifnuk, jarmuk, jisquk)

2. jimlewk (jinsewk, jidrawk, jaqrawk)

Mela jinsewk mhix eċċezzjoni. Qed timxi ma' sħabha tal-istess klassi.

 

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra