Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Liema hi t-tajba: 'sgħolna' jew 'sogħlna'?

Verb bl-għerq SL irridu nibnuh fuq verb bħal SRQ.

La niktbu sraqna, niktbu wkoll: lgħabna, xgħelna, sgħolna - bħala verb.

 

In-nom jiġi sogħla. Bil-pronom mehmuż ma jiġix sogħlna imma sogħlitna, bħan-nomi kollha li jispiċċaw bl-a

(eż. kelma/kelmitna, ħidma/ħidmitna). Fil-fatt, dan ma tantx jingħad, għax aktarx ngħidu: is-sogħla tagħna.

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra