Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Liema hi t-tajba: 'agħtini' jew 'tini'?

Il-forom 'agħtini' u 'tini' tajbin it-tnejn. L-istess 'agħtihom' u 'tihom' jew 'intuh' u 'nagħtuh'.

Xi wħud jikkoreġu l-forom imqassra għax jorbtuhom ma' diskors informali. Imma dawn għandhom storja twila.

Biżżejjed niftakru fl-innu sabiħ ta' Dun Karm 'Tina l-ħlewwa tal-ilsna tas-sema' jew il-kanzunetta magħrufa ta' David Azzopardi 'Tini jdejk'.

Dr Olvin Vella 

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra