Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: 'Mnejn' ġejjin: 'biex', 'fiex', 'mniex' u 'fejn'?

Minn MNEJN (SA)FEJN?

Fl-Għarbi “where? which place?” hija ’EJN? Fil-Malti ngħaqdu u ġew: FEJN (FI + EJN) “in which place?” u MNEJN (MINN + EJN) “from which place?”

U fl-Għarbi wkoll, “what? which thing?” hija EJ-Xej li fil-Malti saret -IEX.

-IEX imbagħad ingħaqdet ma' xi prepożizzjonijiet u ffurmat: BIEX (BI + IEX) “with what?”, FIEX (FI + IEX) “in what?”, FUQIEX (FUQ + IEX) "on/about what?", GĦALIEX (GĦAL + IEX) "why?/beacause", u anke MNIEX (MINN imqassra + IEX) “from what?” fi frażi bħal 'M'hemmx imniex' jew, sempliċiment, "Mniex", għal "You're welcome".

Kos, prodott tal-istess nies li kienu jaħdmu l-bizzilla.

 

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra