Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Għandi dubju fuq il-mudell: 'jisirqilhom' jew 'jisraqilhom'?

Il-forma 'jisraqilhom', flok 'jisirqilhom', tinstema’ imma mhix rikonoxxuta fil-grammatika Maltija. Allura jaqbel li ma toħodhiex bħala mudell. Barra minn hekk, ma taħdimx dejjem - ħu l-każ 'jisirquhielkom'... ma ngħidux 'jisraquhielkom'.

Mela uża l-mudell 'jisirqilhom' u ikteb 'jibagħtilhom', u imxi mal-mudell 'isirqilna' u ikteb 'ibagħtilna'.

 

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra