Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: X'inhu 'raj'?

Ngħidu: rajja f’idejja, rajk f’idejk, rajh f’idejh, eċċ.

Il-kelma raj hija qadima ħafna u ġejja mill-verb ra. Tfisser viżjoni (jiġifieri “li tkun taf fejn sejjer”).

Fil-poeżiji ġieli ssib il-frażi bla raj, li tfisser “bla direzzjoni, bla opinjoni, ma jafx fejn hu sejjer”.

Fil-ġabra tal-qwiel, Mikiel Anton Vassalli jagħti: Kull ħaj jista' jkun bla raj (Ogni uomo vivente può essere privo di giudizio, senza senno).

Prof. Manwel Mifsud

 

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra