Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Il-kelmiet 'emigrant' u 'immigrant' l-istess?

Kull min jiċċaqlaq minn pajjiż fejn ikun joqgħod għal ieħor jissejjaħ migrant.

Jekk narawh ħiereġ minn pajjiżu, insejħulu E-migrant, fejn e- hija varjant tal-prefiss Latin ex-, li jfisser "'il barra mill-(pajjiż)".

Jekk narawh dieħel fil-pajjiż, ngħidu li hu IM-migrant, fejn im- hija varjant tal-prefiss Rumanz in-, li jfisser "għal ġol-(pajjiż)".

Minn Malta telqu bosta emigranti biex isibu xortihom f'artijiet oħra.

Imma Malta​ ​llum​ tilqa' wkoll xi immigranti li ġew biex isibu kenn jew xorti​ ​ġdida​ f'pajjiżna.

Dawn huma kollha migranti.

 

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra