Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Xi tfisser il-kelma 'ħodon'?

ĦODON tfisser l-ispazju ta' bejn is-sider u d-dirgħajn magħqudin quddiem - minn hemm joħroġ il-verb ĦADDAN, li jfisser "żamm lil xi ħadd ma' sidru filwaqt li dawru b'dirgħajh, għannqu".

Imma ĦODON tirreferi wkoll għal kwantità, eż. ħodon silla = daqskemm tista' tħaddan. Minn hemm, l-espressjoni "bil-ħodon" ġiet tfisser "bil-ħafna, bil-kwantità". Fil-fatt, id-dizzjunarju ta' Aquilina jagħti sewwasew l-espressjoni "xita bil-ħodon" u jfissirha "heavy rainfall/downpour".

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra