Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Dawn veru li t-tnejn jeżistu: "kantatha" u "kantata"?

Bħala għajnuna, ftakar li prattikament kull meta jkollok -ha, fl-Ingliż tidħol il-kelma "her". Mela:

1. kantatha = kantat +   -ha  (she sang + "her")
2. iddedikatha = iddedikat +   -ha (she dedicated + "her")
3. bħalha = bħal +   -ha (like + "her")
  Bħal: ratha, sabitha, ħaditha, xtratha


eż. Marija l-kanzunetta kantatha bil-Malti.
       L-Unjoni Ewropea din is-sena ddedikatha lill-anzjani.
       Xtaqt nixtri waħda bħalha imma ma kellux.

 

1. kantata = kantat +   -a  (sung + fem)
2. iddedikata = iddedikat +   -a (dedicated + fem)
3. bħala = bħal +   -a (like + fem)
  Bħal: twila, ġdida, bieżla, importata
 

eż. Il-kanzunetta bil-Malti kienet kantata minn Marija.
      Is-Sena Ewropea hi ddedikata lill-anzjani.
      Għawdex meqjus bħala reġjun għalih mill-Unjoni Ewropea.

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra