Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Il-kelmiet "jehdew" u "jedhew" tajbin it-tnejn?

Jehdew u jedhew it-tnejn jeżistu u għandhom tifsira differenti minn xulxin.

Il-verb jehdew (mamma: heda) tfisser: jieqfu milli jkunu qed jagħmlu, jikkalmaw.

Il-verb jedhew (mamma: deha) tfisser: jgħaddu ż-żmien f’xi ħaġa.

Olvin Vella

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra