Ejja nagħmlu distinzjoni żgħira.
(1) il-prefissi jinkitbu mal-kelma
Innota li meta jkollna kelma bi prefiss, ir-"ras" tal-espressjoni (i.e. l-iktar parti ċentrali jew importanti) tkun il-kelma l-oħra u mhux il-prefiss
Eż. psewdokulturali: hawnhekk ir-ras hija kulturali, u psewdo qed timmodifika dik it-tifsira bażika tar-ras (kulturali, imma taparsi).
(2) każi bħal linji gwida, pajjiżi membri
Hawnhekk linji u pajjiżi mhumiex prefiss, għax fil-fatt huma l-irjus tal-frażi; gwida u membri għandhom biss funzjoni ta' aġġettiv (i.e. huma qabelxejn linji imma li jservu ta' gwida; u pajjiżi, imma assoċjati jew imseħbin...)
Mela hawn ma tidħolx ir-regola tal-prefissi, għax dawn nom + aġġettiv normali. U jinkitbu bħall-każi l-oħra kollha: kamra spazjuża, linja gwida, pajjiż membru.
Prof. Manwel Mifsud
|