Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Għandi nikteb "kontrih" jew "kontrieh"?

Fil-każ ta' kontra, il-pronunzja tidher li hija [ij] fil-forom kollha: kontrija, kontrik, kontrih/kontriha, kontrina, kontrikom, kontrihom.

Imma filwaqt li r-riżultat quddiem -k, -na, -kom huwa ċar mill-pronunzja, quddiem il-forom bl-h (-h, -ha, -hom) jista' jagħti lok għal 2 interpretazzjonijiet (eż. kontrieh/kontrih?).

Naturalment, fuq is-saħħa tal-forom iċ-ċari naslu biex ninterpretaw u nħollu l-ambigwità tal-oħrajn (u allura niktbu: kontri-ha u naqtgħu kontrie-ha).

Dan hu eżatt dak li jiġri dejjem fi kliem bħal: bi-ja, -k, -na, -kom... bi-h, bi-ha, bi-hom.

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra