Żjara mill-Prof. Alexander Borg

 

Il-Prof. Alexander Borg żar Malta biex jagħti sensiela ta’ taħditiet bejn it-13 u s-16 ta’ Mejju. Huwa ġie mistieden mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti biex jagħti ġudizzju kritiku ta’ studjuż Malti fuq l-operat tal-Kunsill.

Il-Prof. Borg huwa studjuż Malti tal-ilsna Semitiċi, id-djaletti Għarab u l-Malti fl-Università Ben-Gurion tan-Negev, l-Iżrael. Huwa tkellem dwar il-Malti fost id-djaletti Għarab, il-qawmien tal-ilsien Malti, id-differenzi u l-qbil fl-iżvilupp tal-lingwa bejn il-Malti u l-Lhudi, u l-kuluri bħala test lingwistiku.

Il-Kunsill jagħti sehmu, bi sħab mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta, biex jinġiebu Malta kelliema internazzjonali marbuta mal-qasam tal-lingwa. L-għan ta’ dawn it-taħditiet pubbliċi huwa li bihom ninkoraġġixxu maturazzjoni fl-istudju dwar il-pjanifikazzjoni lingwistika.

Ħajr lill-Prof. Albert Borg, il-Prof. Ray Fabri, il-Prof. Manwel Mifsud u s-Sur Olvin Vella.

Prof. Alexander Borg

 

19 ta’ Mejju 2008