Żjara mill-Prof. Miquel Strubell

 

Il-Prof. Miquel Strubell, id-direttur tal-Katedra Multilingwi Linguamón fl-Universitat Oberta de Catalunya, Barċellona, u promotur qawwi tal-ilsien Katalan fi Spanja, kien Malta bejn il-11 u s-16 ta’ April biex jitkellem dwar il-pjanifikazzjoni lingwistika. Huwa ġie mistieden mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti li għadu kemm twaqqaf, bi sħab ukoll mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta.

Il-pjanifikazzjoni lingwistika huwa suġġett pertinenti ħafna minħabba t-twaqqif tal-Kunsill, u għalhekk l-għan ta’ din iż-żjara kien li tgħin lill-Kunsill fid-direzzjoni li għandu jieħu. Minbarra l-pjanifikazzjoni lingwistika inġenerali, il-Prof. Strubell tkellem ukoll dwar l-esperjenza Katalana u dwar il-Politika tal-Lingwa fl-Unjoni Ewropea.

L-għan ta’ dawn it-taħditiet pubbliċi minn akkademiċi barranin hu li bihom ninkoraġġixxu maturazzjoni fl-istudju dwar il-pjanifikazzjoni lingwistika.

Ħajr lill-Prof. Albert Borg, il-Prof. Ray Fabri, il-Prof. Manwel Mifsud u s-Sur Olvin Vella.

Prof. Miguel Strubell

 

18 ta’ April 2005