Żjara mill-Prof. Thomas Stolz

 

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, bi sħab mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università, stieden lill-Prof. Thomas Stolz biex tissaħħaħ il-koperazzjoni ta’ bejn il-Kunsill u d-Dipartiment tal-Malti f’Malta u l-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija fiċ-Ċentru tal-Ilsien Malti fl-Università ta’ Bremen, il-Ġermanja, li taha huwa l-fundatur. Barra minn hekk, huwa wkoll professur tal-Lingwistika fl-Università ta’ Bremen.

Waqt iż-żjara tiegħu f’Malta, mis-26 sad-29 ta’ Marzu, il-professur tkellem dwar lingwi pidgin u creole u jekk il-Malti hux differenti, dwar l-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija u dwar it-tiploġija lingwistika.

Il-Kunsill jirringrazzja lill-Prof. Stolz tad-dedikazzjoni tiegħu lejn l-istudju tal-Malti.

Ħajr lill-Prof. Albert Borg, il-Prof. Ray Fabri, il-Prof. Manwel Mifsud u s-Sur Olvin Vella.

Prof. Thomas Stolz

 

2 ta’ April 2007