Aktar qarrejja tal-provi tal-Malti kkwalifikati

45 student kisbu ċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti

Dan l-aħħar, 37 student kisbu ċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti mill-Università ta’ Malta u x-Xhieda ta’ Għarfien (warrant) bħala qarrejja tal-provi tal-Malti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, wara li temmew b’suċċess il-ħdax-il kors f’Malta u t-tielet kors f’Għawdex.

Jekk inti wkoll tixtieq ittejjeb il-kitba tiegħek bil-Malti, dan huwa l-kors ideali għalik. Imfittex ħafna minn dawk kollha li jużaw il-Malti f’xogħolhom jew li jixtiequ jiktbu l-Malti b’aktar kunfidenza. Il-kors (MQF 5) twil sena u l-lezzjonijiet tiegħu jsiru darbtejn fil-ġimgħa. L-istudenti tiegħu huma eliġibbli wkoll għall-iskema tal-Get Qualified u t-Training Pays Scheme

Tagħrif ieħor fuq il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti ssibu minn hawn jew ikteb fl-indirizz provi-malti.arts@um.edu.mt.

 

28 ta’ Diċembru 2017