Jikkwalifikaw aktar qarrejja tal-provi tal-Malti

45 student kisbu ċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti

Dan l-aħħar intemmu t-tnax-il kors fil-qari tal-provi bil-Malti fl-Università ta’ Malta u r-raba’ kors fiċ-Ċentru Universitarju tax-Xewkija. Minnhom b’kollox ikkwalifikaw 28 student, li kisbu ċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti mill-Università u x-Xhieda ta’ Għarfien (warrant) bħala qarrejja tal-provi tal-Malti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

Jekk inti wkoll tixtieq ittejjeb il-kitba tiegħek bil-Malti, dan huwa l-kors ideali għalik. Imfittex ħafna minn dawk kollha li jużaw il-Malti f’xogħolhom jew li jixtiequ jiktbu l-Malti b’aktar kunfidenza. Il-kors (MQF 5) twil sena u l-lezzjonijiet tiegħu jsiru darbtejn fil-ġimgħa. L-istudenti tiegħu huma eliġibbli wkoll għall-iskema tal-Get Qualified. 

Tagħrif ieħor fuq il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti ssibu minn hawn.

L-applikazzjonijiet għall-kors li jmiss miftuħin u jibqgħu jintlaqgħu mis-sit tal-Università sal-11 ta’ Jannar 2019 fis-2:00pm.

Biex tapplika, idħol hawn u agħżel il-kors li tixtieq. Iż-żewġ korsijiet għandhom l-istess kontenut u għalliema.

Riklam tal-kors

 

24 ta’ Diċembru 2018