Seħer il-Malti

Awguri f’għeluq sninek

L-għanja tal-Happy Birthday hi popolari mad-dinja kollha u teżisti f’verżjonijiet differenti, b’diversi lingwi barranin.

Bil-Malti teżisti wkoll. Il-Ferħ u Awguri titkanta fuq l-istess melodija:

Ferħ u awguri f’dal-jum,
għeluq sninek illum.
Ferħ u awguri lil ...
Ferħ u awguri f’dal-jum!

U magħha għandna wkoll l-għanja ta’ Qalbhom Tajba li titkanta fuq il-melodija tal-He’s a Jolly Good Fellow:

Għalih:

Kemm għandu qalbu tajba (x3)
U bih aħna kburin.

U bih aħna kburin (x2)
Kemm għandu qalbu tajba (x3)
U bih aħna kburin.

Għaliha:

Kemm għandha qalbha tajba (x3)
U biha aħna kburin.

U biha aħna kburin (x2)
Kemm għandha qalbha tajba (x3)
U biha aħna kburin.

Inħeġġukom tużaw l-għanjiet bil-Malti fl-iskola u fl-attivitajiet festivi li jkollkom.

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-kurżitajiet l-oħra